Jitlef sitt postijiet minhabba it-temp.

Ftit mumenti biss wara li ntemm il-tellieqa ghal-qualifiers ghat-tellieqa Superpole fil-kampjonat World Superbike, L-Orrizzont tkellem b’mod esklussiz, mas-sewwieq Fonsi Nieto tat-tim Kawasaki PSG-1 Corse.

Fil-kummenti tieghu, taht it-tinda tal-Hospitality Centre tal-Kawasaki, Nieto qal li t-tibdil ghall-gharrieda fit-temp ma tax bizzejjed hin lit-tim tieghu biex jaghmel it-tibdil necessarju fuq il-mutur u ghahekk hareg isuq bit-tyres slicks meta ic-cirkwit kien ghadhu mxarrab. Dan xejn ma ghen lil dan is-sewwieq bil-konsegwenza tli dan spicca fl-14 il-post.

Nieto tenna li t-temp lghab loghba kerha ferm fuqu. Ic-cirkwit li fil-bidu kien xott, ixxarrab ghal hin konsiderevoli izda mbghad nixef malajr hekk kif fegget ix-xemx. Kien f’dan il-mument krucjali li l-mutur tieghu zviluppa problemi li wasslu biex Fonsi jaghmel hinijiet ferm itwall mill-mistenni. Is-sewwieq tat-tim Kawasaki xejn mhu sodisfatt mill-prestazjonjiet tal-lum fuq dan ic-cirkwit izda l-fatt li rnexxielu jikwalifika ma l-ewwel sittax, ikkonfermalu postu ghat-tellieqa Superpole. Il-kawza tal-problemi fuq il-mutur ta’ Nieto kien il-fatt li hu ghazel li ma jibdilx t-tyres ghal qualifying laps u dawn it-tyres, li kienu diga taw sehmhom, ma tawx il-prestazzjonijiet mistennija u wasslu biex Nieto tilef sitt pozizjonijiet fuq ic-cirkwit ta’ Silverstone.

L-Orizzont tkellem ma dan is-sewwieq dwar il-qabza minn muturi 250cc li Nieto kien isuq ghal muturi fil-kampjonat WSB. Fonsi ikkummenta li ghalkemm hu jhossu li kellu jibda mill-bidu dan xejn ma qatalu qalbu. Il-bidla minn 250cc ghal-WSB kienet kbira u hu jhossu kompletament f’dinja gdida. Madanakollu din kienet bidla mehtiega minhabba l-fatt li fil-kategorija 250cc, hu kien lahaq il-limitu tieghu u ma setax jevolvi aktar u ghalhekk kellu bil-forsi ifittex orizzonti godda. Fonsi Nieto qal lil-Orizzont li m’ghandhu l-ebda pjan konkret biex jaqleb ghal-Moto GP. “L-importanti hu  r-rizultat ta’ dan il-weekend u li t-tim jikseb l-akbar ammont ta’ punti fuq dan ic-cirkwit, mbghad naraw”.

Wara t-tlielaq f’dan il-weekend, Nieto mistenni jmur itellaq fl-edizzjoni tal-Moto GP f’Mugello l-Italja fejn ser jiehu poast is-sewwieq Olivier Jaques li ghadhu ma rkuprax mill-incident li sofra f’Istanbul.

Tul dawn il-granet L-Orizzont ser ikompli bir-rapporti esklussivi mic-cirkwit ta’ Silverstone, fejn qed tinzamm il-tappa annwali tal-World Superbikes. Tappa li ser tara lis-sewwieqa  Troy Baylis, Lorenza Lanzi u James Toseland, jitilqu mill-ewwel filliera fit-tellieqa Superpole.

Advertisements

Leave a comment

Filed under World Superbike

L-Orizzont prezenti ghal-Bikefest UK

Meta l-edizjoni ta Bikefest Uk ta’ din is sena hi biss hmistax il-jum boghod, l-Orizzont ghaddej bil-preparamenti mehtiega biex iwassal lill-qarrejja rakkont dettaljat minn fuq ic-cirkwit ta’ Donington.

Din l-attivita li tkun organizzata darba fis-sena mill-kumpanija Futura ser tinkludi diversi spettakli fosthom Stunt Shows, trial runs ta’ muturi godda, giri u lezzjonijet fuq ic-cirkwit, trakka ghall- Mini motos u attivitajiet ohrajn. Il-kumpanija Futura hi responsabbli ukoll ghll-avvenimenti bhal Max Power Car Show.

Il-prezentatrici Janie Omorogbe, maghrufa ahjar bhala Rio fis-serje Gladiators ser tkun qed tiprezenta pati mill-attivitajiet f’dan l-avventiment, fejn fost l-ohrajn ser tiprezenta intervisti ma sewwieqa tal-World Superbike.

Din l-attivitia ser tinzamm fis-26 ta’ Mejju fuq ic-cirkwit ta’ Donington Park fl-Ingilterra u hija l-ewwel minn lista ta’ sorpriza li L-Orizzont ghandhu ghall-qarrejja ta’ din il-pagna.

Ghall aktar informazjoni dwar Bikefest UK 2007 zuru is-sit:  http://www.bikefestuk.com

Leave a comment

Filed under Uncategorized

Il-Michelin iharsu l’quddiem

Ghalkemm il-kumpanija Michelin am rnexxiliex taghme qabziet kbar fejn jidhlu l-punti favuriha fl-edizzjoni tal-Sinopec Great Wall Lubricant Grand Prix tac-Cina, fil-kampjonat Moto Gp, il-Michelin kienu prezenti fuq il-podium hekk kif is-sewwieq Valentino Rossi kiseb it-tieni post. Is-sewwieqa Dani pedrosa u Carlos Chca kienu l’unika zewg sewwieqa ohra li kienu qed juzaw tyres Michelin u spiccaw fost l-ewwel ghaxra.

Jean Philippe Weber, id-direttur tas-sezzjoni muturi tal-kumpanija Michelin tqarr li hu jinsab kuntent bil-progress li kien registart wara it-tellieqa dizastruza fit-Turkija. Hu kompla li t-teknici tal-Michelin qed jahdmu id f’id mas-sewwieq tat-tim FIAT Yamaha Valentino Rossi u jidher li t-tyres mixjin fid-direzjoni t-tajba. Weber kompla li Rossi deher kunfident hafna specjalment fil-kantunieri kif ukoll fl-istraights meta l-ahjar lap tieghu kienet biss 0.027 anqas minn dik ta’ Stonner. Hu kkonkluda li l-kumpanija tisab kuntenta bir-rizultati miksuba fic-Cina, izda it-teknici ser ikomplu biex xoghol siewi taghhom hekk kif ser jibdew il-prearamenti ghal-Moto GP gewwa  Franza fl-20 ta’ Mejju.

Leave a comment

Filed under Moto GP

Lavilla u Kiyonari – unur kull wiehed f’Oulton Park

Iz-zewg rebbieha ta l-ahhar zewg tappep tal-kampjonat british Superbike qasmu l-unuri bejniethom fuq ic-cirkwit ta Oulton Park il-Hadd li ghadda hekk kif is-sewwieqa Gregorio Lavilla u Ryuichi Kiyonari rebhu tellieqa kull wiehed, bis-sewwieq Leon Haslam jispicca fit-tieni post fiz-zewg tlielaq.

Is-sewwieq haslam kien  qieghed fuq quddiem f’diversi hinijet taz-zewg battalji izda fl-ewwel tigrija, Haslam kellu jcedi that ilpressjoni ta’ manuvra kemxejn arrognati minn naha ta’ lavilla. L-ispanjol skuza ruhu tal-azjoni u is-sewwieq Kiyonari ghalaq it-tielet post fuq il-podium.

Fit-tieni tellieqa is-sewwieq Gergorio lavilla kellu bidu dizapuntanti, hekk kif Kiyonari tar il-quddiem biec mar jirbah it-tieni tigrija b’vantagg ta’ zewg sekondi fuq Haslam fit-tieni post, filwaqt li Shane Byrne okkupa t-tielet skaluna tal-podium.

Is-sewwieq Gregorio Lavilla ghadhu fil-quccata tal-kampjonat BSB b’vantagg ta’ 29 ount fuq Kiyonari. It-tappa li jmiss ghal dan il-kampjonat hi ic-cirkwit ta’ Snetterton fl-20 ta’ Mejju.

Leave a comment

Filed under Bitish Superbike

Jirritorna l-SBK Paddock Show f’Monza.

L-organizaturi tal-kampjonat WorldSuperbike zammew mat-tradizjoni hekk kif il-bierah inghata bidu ghals-6 Open Paddock ta’ l-istagun fic-cirkwit ta’ Monza.

Dan l-avveniment jaghti cans lid-diletanti ta’ dan l-isport biex jiltaqghu mas-sewwieqa favorit taghom fl-istess paddocks fejn dawn ikunu qed jipreparaw il-muturi taghhom. Hafna huma dawk li japprofittaw minn dan ic-cans biex jiksbu l-firem ta diversi sewwieqa li jippartecipaw f’dan il-kampjonat.

Leave a comment

Filed under World Superbike

Monza – ic-cirkwit ta’ Bayliss

Hekk kif issa jmiss it-tappa tac-cirkwit ta’ Monza fil-kampjonat World Superbike wiehed ma jistax jinsa kif dan ic-cirkwit kien kompletament dominat mis-sewwieq Troy Bayliss. Bayliss rebah l-ahhar sitt tigrijiet li ppartecipa fihom fuq dan ic-cirkwit  – double fl-2001, double fl-2002 u double fl-2006.

Is-superpole fuq dan ic-cirkwit hu l-post fejn ikunu miggielda l-akbar velocitajiet f’dan il-kampjonat. Kull sena dan ic-cirkwit jiprovdi emozjonijet godda hekk kif il-velocita tizdied. Fl-2006 kien is-sewwieq Troy Corser li gab fix-xejn ir-record li kien waqqaf Colin Edwards fl-2000 meta kien lahaq velocita ta’ 203.723 km/h.  Jekk il-partecipanti fis-superpole ikomplu bilr-ritmu li inqabad sa mill-2005 jista jkun li ghall-ewwel darba mill-2000 ser ikollna velocitajiet ta aktar minn 197 kilometru fis-siegha.

Leave a comment

Filed under World Superbike

Fogarty lura fil-WSB fl-2008

Is-sewwieq Carl Fogarty li ghal erba’ darbiet cahhad lil sewwieqa ohra mit-titlu tal-World Superbike ser jirritorna f’dan il-kampjonat, id f’id mal-kumpanija MV Augusta, kumpanija li rebhaet37 kampjonat dinji tal-muturi, ser jaghmlu ritorn fil-kampjonat WSB fl-2008. 

It-tim ta’ Fogarty, li se jkun iffurmat primarjament minn persuni Inglizi, ser ikun it-tim ufficjali ghal-kumpanija Taljana MV Augusta, hekk kif ser jiddebuttaw ghal-kampjonat 2008 fuq mutur MV Augusta F4R 312. 

Carl Fogarty ser ikun qed jahdem flimkien mal-president ta  MV Augusta, Claudio Castiglioni. Dawn izzewg personalitajiet diga hadmu flimkien fil-passat meta Fogarty rebah l-ahhar titlu tieghu fuq mutur Ducati, li dak iz-zmien kienet ta Castiglioni. F’kummenti li ta’ lill membri ta’ l-istampa Fogarty ikkummenta li hu ecitat hafna b’din l-opportunita gdida u jinsab konvint li Claudio jaqsam mieghu l-ghatx kif ukoll il-motivazjoni ghas-succes fil-kampjonat 2008. Hu stqarr li l-idea originali kienet li jibdew itelqu din is-sena stess izda l-ghazla marret ghal kampjonat 2008. 

Fil-kummenti tieghu Castiglioni qal li huma qed iharsu lejn  ir-relazjoni ma Carl Fogarty bhala ‘long trm relationship’. Huma mill-bidu kienu qed iharsu lejn il-kampjonat 2008 biex jiddebuttaw fil-kampjonat WSB u hekk kif jinsabu fi stadju avvanzat tal-preparamenti jinsab cert li l-MV Augusta flimkien ma Carl Fogarty ser ikunu qed joffru sfida sa mil-ewwel tellieqa taghhom.

Leave a comment

Filed under World Superbike