Ftit mumenti biss wara li ntemm il-tellieqa ghal-qualifiers ghat-tellieqa Superpole fil-kampjonat World Superbike, L-Orrizzont tkellem b’mod esklussiz, mas-sewwieq Fonsi Nieto tat-tim Kawasaki PSG-1 Corse.
Fil-kummenti tieghu, taht it-tinda tal-Hospitality Centre tal-Kawasaki, Nieto qal li t-tibdil ghall-gharrieda fit-temp ma tax bizzejjed hin lit-tim tieghu biex jaghmel it-tibdil necessarju fuq il-mutur u ghahekk hareg isuq bit-tyres slicks meta ic-cirkwit kien ghadhu mxarrab. Dan xejn ma ghen lil dan is-sewwieq bil-konsegwenza tli dan spicca fl-14 il-post.
Nieto tenna li t-temp lghab loghba kerha ferm fuqu. Ic-cirkwit li fil-bidu kien xott, ixxarrab ghal hin konsiderevoli izda mbghad nixef malajr hekk kif fegget ix-xemx. Kien f’dan il-mument krucjali li l-mutur tieghu zviluppa problemi li wasslu biex Fonsi jaghmel hinijiet ferm itwall mill-mistenni. Is-sewwieq tat-tim Kawasaki xejn mhu sodisfatt mill-prestazjonjiet tal-lum fuq dan ic-cirkwit izda l-fatt li rnexxielu jikwalifika ma l-ewwel sittax, ikkonfermalu postu ghat-tellieqa Superpole. Il-kawza tal-problemi fuq il-mutur ta’ Nieto kien il-fatt li hu ghazel li ma jibdilx t-tyres ghal qualifying laps u dawn it-tyres, li kienu diga taw sehmhom, ma tawx il-prestazzjonijiet mistennija u wasslu biex Nieto tilef sitt pozizjonijiet fuq ic-cirkwit ta’ Silverstone.
L-Orizzont tkellem ma dan is-sewwieq dwar il-qabza minn muturi 250cc li Nieto kien isuq ghal muturi fil-kampjonat WSB. Fonsi ikkummenta li ghalkemm hu jhossu li kellu jibda mill-bidu dan xejn ma qatalu qalbu. Il-bidla minn 250cc ghal-WSB kienet kbira u hu jhossu kompletament f’dinja gdida. Madanakollu din kienet bidla mehtiega minhabba l-fatt li fil-kategorija 250cc, hu kien lahaq il-limitu tieghu u ma setax jevolvi aktar u ghalhekk kellu bil-forsi ifittex orizzonti godda. Fonsi Nieto qal lil-Orizzont li m’ghandhu l-ebda pjan konkret biex jaqleb ghal-Moto GP. “L-importanti hu r-rizultat ta’ dan il-weekend u li t-tim jikseb l-akbar ammont ta’ punti fuq dan ic-cirkwit, mbghad naraw”.
Wara t-tlielaq f’dan il-weekend, Nieto mistenni jmur itellaq fl-edizzjoni tal-Moto GP f’Mugello l-Italja fejn ser jiehu poast is-sewwieq Olivier Jaques li ghadhu ma rkuprax mill-incident li sofra f’Istanbul.
Tul dawn il-granet L-Orizzont ser ikompli bir-rapporti esklussivi mic-cirkwit ta’ Silverstone, fejn qed tinzamm il-tappa annwali tal-World Superbikes. Tappa li ser tara lis-sewwieqa Troy Baylis, Lorenza Lanzi u James Toseland, jitilqu mill-ewwel filliera fit-tellieqa Superpole.